Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

AD approves electoral manifesto

In an extraordinary general meeting in Valletta, Alternattiva Demokratika – The Green Party approved its manifesto for the general elections and its electoral candidates who will be covering all districts. AD will also be contesting a number of local elections.

Michael Briguglio, AD Chairperson, said: “One knows where one stands with our electoral manifesto. It comprises 27 chapters, and has been written in a long process involving internal debate and consultation with civil society and experts”.

"AD’s manifesto confirms that in parliament, AD would represent consistent, responsible and progressive politics.”

“We will continue to be the strongest defenders of what is left of Malta's environmental heritage, and we will strive towards better public spaces and better infrastructure. We are not held hostage to big business, hunters, trappers, firework fanatics, Armier squatters, and big land developers .We call for a sustainable land and water policy. We call for socially just economic and social policies, such as increase in minimum wage and disability pensions; socially just pensions; and tax on third vacant property onwards”.

“We will continue to be the progressive party, in favour of humane social policies and equal rights for all, including minorities in family and social policy, such as persons with disability and LGBT persons; AD is for gender equality;  the right for IVF without descrimination, full equality in marriage and other family rights for same-sex couples; anti-racism; decriminalization of drugs for personal use whilst  helping  drug victims rather than criminalizing them; and animal rights”.

“We are ready to work with another party, on the basis of an agreed joint programme and work to achieve it when in parliament. As a minor partner we will strive to develop politics by consensus and will not resort to threats to have our way at all costs, conscious that this would bring instability”.

“Voting for AD is a vote for change in the style of governance and for stability. If one  believes in giving priority to social justice, civil rights, environmental justice, sustainable development, ecological modernization, and, last but not least, the reform in the institutional set-ups for the enhancement of democracy, one knows where one stands with the Greens. Voting for the PN and PL would mean voting for a stagnant 2-party system”.

2013 Electoral Manifesto
Document Logo

 

AD tapprova l-manifest - Magħna taf fejn int.

Waqt laqgha generali straordinarja fil-Belt Valletta, Alternattiva Demokratika – The Green Party approvat il-manifest taghha ghall-elezzjoni generali u l-kandidati taghha f’kull distrett.  AD ha tkun qed tikkontesta wkoll f’numru ta’ kunsilli lokali.Michael Briguglio, ic-Chairperson tal-AD, qal: “Bil-manifest li qed nipprezentaw, maghna taf fejn int.  Il-manifest fih 27 kapitlu, u l-kitba tieghu involviet process twil ta’ diskussjoni interna u konsultazzjoni mas-socjeta civili u esperti.”

“Il-manifest jikkonferma li l-AD fil-Parlament tfisser politika  responsabbli, konsistenti u progressiva."

"Inkomplu nkunu l-akbar difensuri ta’ dak li baqa’ mill-wirt ambjentali Malti, u nistinkaw għal aktar spazji pubbliċi u infrastrutturi aħjar. M’aħniex ostaġġi tan-negozjanti l-kbar, il-kaċċaturi u n-nassaba, l-iffissati fil-logħob tan-nar, l-abitanti illegali tal-Armier, u l-ispekulaturi u żviluppaturi bla rażan. Insejħu għal politika sostenibbli dwar l-art u l-ilma. Insejħu għal politika ekonomika u soċjali ġusta, bħal żieda fil-paga minima u l-pensjonijiet tad-diżabilità; pensjonijiet soċjalment ġusti u taxxa fuq it-tielet proprjetà vojta lil hinn."

"Irridu nkomplu nkunu l-partit il-progressiv, favur politika soċjali umana u drittijiet ugwali għal kulħadd, fosthom il-minoranzi fil-politika soċjali u tal-familja, bħall-persuni b’diżabilità u l-persuni LGBT. Aħna favur ugwaljanza bejn is-sessi; id-dritt għall-IVF mingħajr diskriminazzjoni, ugwaljanza sħiħa fid-drittijiet għaż-żwieġ u drittijiet oħrajn tal-familja għal koppji tal-istess sess; l-anti-razziżmu; id-dekriminalizzazzjoni tad-drogi għall-użu personali, u l-għajnuna għall-vittimi tad-droga minflok il-kriminalizzazzjoni; u d-drittijiet tal-annimali."

"Lesti naħdmu ma’ partit ieħor, skont programm konġunt maqbul. Naħdmu biex dan niksbuh meta nkunu fil-Parlament. Bħala sieħeb minuri, nistinkaw biex niżviluppaw il-politika bil-kunsens u ma nheddux li tgħaddi tagħna akkost ta’ kollox, konxji mill-fatt li dan iġib l-instabilità."

"Vot għall-AD jkun vot għall-bidla fil-mod ta’ tmexxija u favur l-istabilità. Jekk temmen li għandhom ikunu fuq quddiem il-ġustizzja soċjali, id-drittijiet ċivili, il-ġustizzja ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, il-modernizzazzjoni ekoloġika u, fuq kollox, ir-riforma tal-istituzzjonijiet għat-tisħiħ tad-demokrazija, mela taf fejn qiegħed mal-Alternattiva Demokratika. Vot għall-PN jew għall-PL ifisser vot għas-sistema staġnata taż-żewġ partiti."

Magħna taf fejn int.