Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

AD asks Minister Konrad Mizzi to explain unpaid bills by PN and PL

confronting-corruption2

Alternattiva Demokratika, the Green Party of Malta, is asking Minister Konrad Mizzi to explain why the PN and PL have been given preferential treatment in the non payment of their water and electricity bills

Ralph Cassar, AD spokesperson on Energy and Transport, said: "Following this revelation that the PN owe 1 million 900.000 euros and the PL 600,000 in unpaid water and electricity bills, and the confirmation by Prime Minister Muscat that this is true, we expect the Minister to explain the situation and inform the public how ARMS will recover the outstanding amounts. While the public is expected to pay its water and electricity bills in time or incur penalties or even disconnection, both leading political parties seem to have enjoyed particular privileges."

Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: "We further expect the Minister to explain why the management of ARMS, Enemalta and WSC have failed to take any action against the two parties, both under a PN and under a PL administration. With this "You scratch mine, I scratch yours" mentality, one begins to understand the real meaning of the "Malta Taghna Lkoll" slogan - that is, preferential treatment for PN and PL."

...

Alternattiva Demokratika, the Green Party, qed tistaqsi lill-Ministru Konrad Mizzi għalfejn il-PN u l-PL ġew itrattati b'mod differenti u privileġġat fir-rigward ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux imħallsa.

Ralph Cassar, kelliem ta' AD għall-Enerġija u Trasport, qal: "Meta ħarġet l-aħbar li l-PN għandu jagħti miljun u 900.000 ewro u l-PL 600,000 ewro f'kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux imħallsin, u l-konferma tal-Prim Ministru Muscat li dan kien minnu, aħna nippretendu li l-Ministru jispjega s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-pubbliku kif l-ARMS se ddaħħal dawn l-ammonti dovuti lilha. Filwaqt li l-pubbliku huwa mistenni li jħallas il-kontijiet tiegħu fil-ħin jew inkella jeħel multi jew anke qtugħ tas-servizz, iż-żewġ partiti ewlenin jidhru li kienu qegħdin igawdu ċerti privileġġi."

Iċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, Prof. Arnold Cassola, qal: "Apparti minn hekk nippretendu li l-Ministru jispjega għalfejn dawk li jmexxu l-ARMS, l-Enemalta u l-Korporazzjoni tas-servizzi tal-ilma ma ħadu l-ebda azzjoni kontra ż-żewġ partiti, kemm taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u kemm taħt dik Laburista. B'din il-mentalita` ta' favuri u pjaċiri lil xulxin, wieħed jibda jifhem il-vera tifsira tas-slogan "Malta Taghna Lkoll" - li m'hu xejn ħlief preferenzi għall-PN u l-PL."