Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

AD calls for a consensual National Immigration Policy

_MG_0759

Now is the time for the drafting of a consensual national immigration policy. This was stated by Carmel Cacopardo, Deputy Chairperson of Alternattiva Demokratika – The Green Party, when he was addressing AD’s last press conference in this electoral campaign.

Carmel Cacopardo stated that during the European Parliament Election Campaign AD had focused on issues which whilst being of direct relevance to Malta also form part of the EU agenda.

Digital rights and the accountability/transparency of the European institutions will be essential features of the forthcoming European Parliament term. By focusing on these issues AD sought to engage politically on relevant issues with the other parties contesting these elections. Unfortunately both the PN as well as the PL were more interested in mudslinging each other than engaging in serious political discussion.

"AD," added Cacopardo, "has also had the opportunity to comment on the declarations made by Jean Claude Junker and Martin Schultz, EU Commission President candidates for the EPP and the European Socialist Party respectively. Whilst AD welcomes the public comments made by both Junker and Schultz it is to be noted that these comments do not result from their respective party Electoral Manifestos. AD reiterates that EU border states should not continue shouldering the responsibility for migration practically on their own. Amending the Dublin rules together with the formulation and approval of an holistic EU migration policy which shifts the responsibility for migrants crossing the EU borders to all 28 member states is the way forward."

Cacopardo emphasised that during this Electoral Campaign, pursuant to the declarations of Junker and Schultz, the political position of both the PL and the PN are now closer to that of AD then they have ever been. AD considers that now is the time for the PL, PN and AD to enter into discussions to formulate a draft national immigration policy which could serve as the basis for national consensus on this sensitive matter.

"An elected AD MEP would certainly contribute to facilitate such dialogue both locally and within the European institutions," concluded Cacopardo.

...

Issa hu l-mument li f’Malta tkun imfassala politika konsenswali dwar l-immigrazzjoni. Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, meta kien qed jindirizza l-aħħar konferenza stampa ta’ AD f’din il-kampanja elettorali.

Carmel Cacopardo qal li tul il-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew Alternattiva Demokratika iffukat fuq materji li filwaqt li kienu ta’ relevanza għal Malta jiffurmaw parti ukoll mill-aġenda tal-UE.

Id-drittijiet diġitali kif ukoll il-kontabilita/trasparenza tal-istituzzjonijiet Ewropej ser ikunu elementi essenzjali tul il-ħames snin li gejjin tal-Parlament Ewropew. Billi ffukat fuq dawn il-materji Alternattiva Demokratika fittxet li tiddibatti materji politiċi relevanti mal-partiti politici l-ohra li kkontestaw dawn l-elezzjonijiet. Sfortunatament kemm il-PN kif ukoll il-PL iktar kienu interessati li jitfgħu t-tajn lil xulxin milli jieħdu sehem f’diskussjoni politika serja.

"AD," żied jgħid Cacopardo, "kellha l-opportunita’ li tikkummenta fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ Jean Claude Junker u Martin Schultz, kandidati ghall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropeja għan-nom tal-PPE u l-Partit Soċjalista Ewropew rispettivament. Filwaqt li AD tilqa’ l-kummenti pubbliċi ta’ Junker u Schultz, tosserva għaldaqstant li dal-kummenti ma jirriżultawx mill-Manifesti Elettorali tal-partiti rispettivi. Alternattiva Demokratika temfasizza li l-pajjiżi fuq il-fruntiera tal-UE m’għandhomx jibqgħu jerfgħu r-responsabbilta għall-migrazzjoni prattikament waħedhom. Emendi għar-regoli ta’ Dublin, flimkien mal-formolazzjoni u l-approvazzjoni ta’ politika olistika tal-UE dwar il-migrazzjoni li permezz tagħha t-28 stat membru tal-UE jieħdu fuq spallejhom ir-responabbilta’ għall-migrazzjoni mingħand l-istati fuq il-fruntiera, hi t-triq 'il quddiem."

Carmel Cacopardo emfasizza li tul din il-Kampanja Elettorali, bħala riżultat tad-dikjarazzjonijiet ta’ Junker u Schultz, il-posizzjoni politika kemm tal-PL kif ukoll tal-PN hi issa iktar viċin dik ta’ AD milli kienet qatt qabel. Alternattiva Demokratika jidhrilha li issa hu l-waqt li l-PL, il-PN u AD jidħlu f’diskussjonijiet biex ikun ifformulat abbozz konsenswali ta’ politika nazzjonali dwar l-immigrazzjoni li għandu jservi bħala l-bażi għal kunsens nazzjonali fuq din il-materja sensittiva.

"MEP elett f’isem Alternattiva Demokratika jaħdem biex jiffaċilita dan id-djalogu kemm lokalment kif ukoll fl-istituzzjonijiet Ewropej," ikkonkluda Cacopardo.

 

Posters