Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

AD fil-Parlament -bil-vot tiegħek

F’konferenza stampa quddiem il-Parlament, Valletta, AD qalet li l-votanti jistghu ikunu parti mill-istorja billi jivvutaw ghal sistema parlamentari ta’ aktar minn zewg partiti bhal dawk li jezistu fil-pajjizi demokratici, moderni Ewropej.

 
Michael Briguglio, Chairperson ta’ AD, qal: "Il-votanti jistghu jiktbu l-istorja jekk jeleggu lill-Alternattiva Demokratika - The Green Party fil-Parlament. 2000 vot tal-ewwel preferenza f’distrett jista’ jirriżulta fl-elezzjoni ta’ AD. Bhala Chairperson tal-AD nistieden lill-votanti li jiktbu l-istorja u jizguraw li l-lehen tar-raguni progressiva jiġi elett. Malta tinghaqad mal-bqija tal-Ewropa li jkollha parlament b'aktar minn 2 partiti,  u ahna se nizguraw dibattitu ragonevoli, aktar milli partiggjanizmu. Fil-parlament, ahna wkoll inressqu proposti legizlattivi favur il-harsien ambjentali, il-gustizzja socjali u d-drittijiet civili."

 

Mario Mallia, Kelliem tal-AD ghall-Edukazzjoni, tkellem dwar korrettezza morali fil-politika inkluz il-htiega ghal politika sensibbli li ma titfax id-drittijiet tal-generazzjonijiet futuri fil-periklu. Is-sostenibilità tas-sahha u l-edukazzjoni fost oqsma ohra ghandhom jigu zgurati. Il-weghdi li jqassmu l-medicini b’xejn lil min ghandu 'l fuq minn 70, irrispettivament mill-bzonn u r-rigali indiskriminati tat-tablets tal-IT, rigali ta' 500 sa 1000€ ghal kull zaghzugh irrispettivament mill-mezzi, biex insemmu biss tlieta mill-hafna proposti populisti ohrajn, flimkien mat-tnaqqis fid-dhul tal-gvern, se jwasslu ghal finanzi mhux sostenibbli.

 

Meta wiehed iqis id-deficit taghna stess, ir-rapport ta’ Standard and Poor’s u r-ricessjoni li ghaddejjin minnha fiz-zona ewro, politika bhal din hija tentattivament populista u iktar u iktar irresponsabbli. Dan se jolqot lid-dghajjef l-aktar. Bl-istess mod, lanqas ma jistghu id-drittijiet tal-maggoranza ta’ nies li huma biezla u li jobdu l-liġi jigu miksura mill-partiti politici li huma iffinanzjati min-negozji l-kbar u mizmuma ostaggi mill-Cowboys u minn min jisraq l-art pubblika.

 

AD fil-parlament tara li tidhol legizlazzjoni fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti u l-whistle blowers act fost ohrajn, biex tizgura li l-cirku tragiku li tfacca fl-ahhar gimghat jigi evitat akkost ta' kollox. Jekk in-nies iridu bidla reali, dawn ghandhom jivvutaw ghaliha. AD fil-parlament se tkun il-lehen tar-raguni.