Alternattiva Demokratika

The Green Party

Opinions

AVVIŻ : AECs u staff tal-għadd – Elezzjonijet Kunsilli Lokali Marzu 2012

AVVIŻ : AECs u staff tal-għadd – Elezzjonijet Kunsilli Lokali Marzu 2012

 MISTOQSIJIET bl-email fuq adelezzjoni@gmail.com

Bħal ma x’aktarx taf Alternattiva Demokratika se tikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli  Lokali f’diversi lokalitajiet. Jekk tissejjaħ elezzjoni ġenerali Alternattiva Demokratika se tikkontesta fuq id-distretti kollha, kif dejjem għamlet.

Bħalissa qed nippreparaw biex ninnominaw Assistenti Kummissarji Elettorali (AECs) u staff tal-għadd tal-voti (counting staff) għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru fl-10 ta’ Marzu 2012. Infakkar li għal dawn l-elezzjonijiet dawk il-persuni li huma reġistrati bħala votanti fil-lokalitajiet li fihom se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsill MA JISTGĦUX iservu ta’ AECs, iżda JISTGĦU jgħoddu l-voti.

Bħas-soltu membri ta’ AD jingħataw preferenza (sħubija tista’ titħallas meta tissejjaħ biex timla l-formoli meħtieġa). Min mhux membru jintalab donazzjoni biex jitħallsu ftit mill-ispejjeż kbar li jkollu l-partit, speċjalment f’kampanji elettorali. AD tirriżerva d-dritt lil min tagħżel biex jirrapreżentaha fil-proċess elettorali.

Il-POST, d-DATA u ĦINIJIET biex isiru l-applikazzjonijiet joħorġu dalwaqt permezz tal-email u avviżi fuq is-sit ww.alternattiva.org.mt, fuq il-lista tal-email http://groups.yahoo.com/group/Alternattiva/ jew http://groups.yahoo.com/group/ade-newsletter/ u fuq il-paġni tal-facebook tal-partit fosthom il-paġna ġdida http://www.facebook.com/alternattiva.

Min jixtieq iservi bħala AEC jew ‘counting staff’ jista’ minn issa jibgħat email b'ismu, n-numru tat-telefon u n-numru tal-karta tal-identita fuq dan l-indirizz BISS: adelezzjoni@gmail.com. Il-persuni inkarigati jikkuntattjawkom huma permezz tal-email.

Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali
Alternattiva Demokratika – The Green Party