Alternattiva Demokratika

The Green Party

News

Ikteb l-istorja – ivvota AD

Waqt rally fil-belt Valletta, ic-Chairperson ta’ AD, Michael Briguglio qal: "B’2,000 vot f’distrett, Membru Parlamentari tal-Alternattiva jkun elett u tibda r-rebbiegha l-hadra. B’hekk Il-gustizzja socjali, drittijiet civili u l-harsien tal-ambjent jigu diskussi fil-parlament."

"Fil-parlament, ahna naraw li jkollna tmexxija verament Ewropea. Kemm jekk inkunu f’koalizzjoni kif ukoll jekk inkunu fl-oppozizzjoni, ahna nservu ta’ pont bejn il-partiti l-ohra, nippartecipaw f’kumitati parlamentari u nipprezentaw proposti li jaghmlu sens.”

"Votanti li jahsbu b’mohhom jistghu verament jiktbu l-istorja din id-darba u jien inhajjar lil dawn il-votanti biex ikunu protagonisti f’din l-elezzjoni 2013 u biex jippruvaw jikkonvincu lil ohrajn biex jaghmlu l-istess. Votanti li jafu jahsbu u jirriflettu ghandhom l-opprtunita’ biex jitbeghdu mis-sistema stagnata taz-zewg partiti u jtellghu lil AD fil-Parlament. Fuq il-karta tal-votazzjoni, dawk li jivvutaw lil AD jistghu ukoll ikomplu fuq kandidati ohra tal-ghazla taghhom minn ta’ partiti ohra."

Is-Segretarju Generali ta’ AD Ralph Cassar qal li n-nies ghandhom juzaw mohhhom u ma jibilghux l-gideb li qed jghidu kandidati tal-PL u l-PN.

“Ftakru li huwa fl-interess ta’ dawn in-nies li kollox jibqa’ kif inhu u l-PL u l-PN jibqghu jifgaw u jiddominaw is-socjeta Maltija. Il-vot jintiret. Tista’ tivvota 1, 2, 3 AD, skont id-distrett. Jekk trid tista’ wkoll tkompli fuq kandidati ta’ partiti ohra. Tista’ tivvota kif trid u kif jidhirlek. Ovvjament l-aktar vot b’messagg b’sahhtu huwa vot ghal AD.”

“Vot ghal AD huwa vot ghal politika vera. Politika stil Ewropew. Vot ghal AD huwa vot kontra l-kultura tal-pjaciri, tal-klikkek u kontra l-korruzzjoni. Huwa vot kontra l-politika ta’ weghdiet irresponsabbli tal-PL u l-PN. Vot ghal AD huwa vot favor id-drittijiet civili, energija nadifa, ekonomija sostenibbli u favur politika b’kuxjenza socjali.”

Ralph Cassar ghalaq billi qal li hija gharukaza li l-Kummissjoni Elettorali ddominata mill-PN u l-PL ma taghmilx kampanja tal-edukazzjoni mall-votanti, kif jigri f’kull demokrazija serja. Qal li informa ‘l-missjoni ta’ sorveljanza tal-elezzjoni tal-Organizazzjoni ghas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) dwar il-kampanja ta’ misinformazzjoni dwar is-sistema elettorali li qed jaghmlu kandidati tal-PL u l-PN.

Il-kelliem ta’ AD, Prof. Arnold Cassola, qal li fl-ahhar gimgha tal-kampanja, Dr Gonzi u Dr Muscat qeghdin jaghmlu dikjarazzjonijiet mhux mistennija. Dr Muscat iddikjara li ma jaqbilx li jsir referendum dwar il-kacca fir-rebbiegha filwaqt li Dr Gonzi wiegeb li l-partit tieghu ukoll ma riedx li jeqred il-kacca u l-insib fir-rebbiegha permezz ta’ referendum. Rigward it-tnehhija tal-kmamar fl-Armier, Dr Gonzi qal li hu ma setax jaqbel minhabba kwistjonijiet ta’ "kumpens", filwaqt li Dr Muscat ukoll qabel li hu jhalli lil dawk li ghandhom il-kmamar l-Armier fejn qeghdin u jilhaq ftehim maghhom. Dr Muscat ammetta wkoll li kienet decizjoni tajba li Malta ssiehbet mal-Unjoni Ewropea, filwaqt li meta staqsewh dwar jekk id-decizjoni tad-divorzju kienetx decizjoni tajba, Dr Gonzi wiegeb “iva”. Dan jikkonferma li Alternattiva Demokratika dejjem kellha ragun.

“B’risposti bhal dawn min-naha tal-mexxejja taz-zewg partiti l-ohra, jidher car li hemm bzonn li l-Alternattiva Demokratika tkun fil-parlament. Il-poplu Malti jrid jaghmel kuragg. Elfejn vot f’distrett minghand in-nies, u wara nofs seklu, titwieled era gdid fid-demokrazija parlamentari mibnija fuq trasparenza u pluralizmu”, ikkonkluda l-Prof. Cassola.