Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

Juncker: an empty promise not to make empty promises?

Jean-Claude Juncker

Yesterday, former Luxembourg Prime Minister Jean-Claude Juncker said he plans to see that European solidarity on migration does not remain an empty promise but becomes a reality. He said that he will try to address to issue of European solidarity, more so in the case of Malta and other small countries which are in a very strategic position.

In reaction, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said,"We have long been hearing these words, Mr Juncker. But you have not given us your proposals to change the situation from what it is. You just said you would consider the Greens' proposal to rehaul the Dublin rules if elected President of the Commission. If you really believe what you have just said, why didn't you include this promise regarding the Dublin rules in the electoral programme of the European Peoples' Party?”

At the end, you have just made a promise without telling the Maltese people how you are going to fulfill it. As for us, Maltese and European Greens, it is clear that it is only the total rehaul of the Dublin regulations that will allow asylum seekers to relocate from Malta. Are you going to promise in writing that this rehaul of Dublin III will happen under your Presidency, Mr Juncker"?

Carmel Cacopardo AD Deputy Chairperson said that as a long standing member of the Council of Ministers throughout his long premiership of Luxembourg Mr Junker had the opportunity to deliver. Yet he did not, not only at the EU Council, but not even at the level of EPP Leaders. A significant number of EPP Leaders who also form part of the Government in their respective countries have consistently opposed transforming the empty solidarity rhetoric into meaningful action. The past performance of Mr Juncker and his EPP colleagues, concluded Carmel Cacopardo, is a guarantee that his declarations in Malta are more of the same empty talk.

...

'Il bierah l-ex Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker qal li qed jippjana li jara li s-solidarjeta` Ewropea dwar il-migrazzjoni ma tibqax wegħda vojta imma ssir realta`. Qal li se jipprova jindirizza l-kwistjoni tas-solidarjeta` Ewropea, aktar u aktar fil-każ ta' Malta u pajjiżi żgħar oħra li jinsabu f'pożizzjoni strateġika.

B'reazzjoni, iċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal, "Aħna lkoll ilna nisimghu dal-kliem, Sur Juncker. Imma ma tajtniex il-proposti tiegħek biex tinbidel is-sitwazzjoni minn kif inhi. Inti għidt biss li lest teżamina l-proposta tagħna l-Greens biex jiġu totalment riveduti r-regoli ta' Dulin, f'kaz li inti tigi elett President tal-Kummissjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, għamilt wegħda mingħajr ma għidt lill-poplu Malti kif se twettaqha. Għax jekk int temmen verament f'dak li qed tghid issa, għaliex ma daħħaltx din il-wegħda dwar Dublin III fil-programm elettorali tal-Partit Popolari Ewropew?”

Min-naħa tagħna bħala Greens Maltin u Ewropej, huwa ċar li hija biss il-bidla totali tar-regoli ta' Dublin li tippermetti lil dawk li qed ifittxu ażil biex jiċċaqilqu minn Malta. Se twiegħed bil-miktub li din il-bidla totali ta' Dublin III se ssir taħt il-Presidenza tiegħek, Sur Juncker?”

Carmel Cacopardo id-Deputat Chairperson ta' AD qal li bħala membru tal-Kunsill tal-Ministri għal ħafna żmien bħala Prim Ministru tal-Lussemburgu, is-Sur Juncker kellu l-opportunita` biex jieħu azzjoni biex ibiddel l-affarijiet. Imma fil-fatt ma biddel xejn, mhux biss fil-Kunsill tal-UE imma lanqas fuq livell tat-tmexxija tal-PPE. Numru mhux ħażin ta' mexxejja tal-PPE li wkoll jiffurmaw parti mill-Gvern fil-pajjiżi rispettivi tagħhom opponew konsistentement li jibdlu r-retorika vojta ta' solidarjeta` f'azzjoni li ssarraf f'xi ħaġa. L-aġir tas-Sur Juncker u l-kollegi tiegħu fil-PPE, temm jgħid Carmel Cacopardo, huwa garanzija li d-dikjarazzjonijiet tiegħu f'Malta huma aktar paroli fil-vojt.

MEPs Common Campaign_Kandidati_MT