Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

Kwalità ta’ ħajja aħjar: il-prijorità tagħna

Waqt konferenza stampa f’Santa Venera, AD qalet li fil-parlament hija tizgura li c-cittadini Maltin ikollhom kwalita ta’ hajja tajba pemezz ta’ proposti realistici. AD ipprezentat ukoll il-kandidat taghha ghall-elezzjonijiet tal-kunsill lokali ta’ Santa Venera.

Michael Briguglio, Chairperson tal-AD, qal: “Din il-gimgha il-PN u l-PL ikkonfermaw li se jzommu lic-cittadini komuni fl-istat tat-tieni divizjoni dwar l-ilma, il-kwalita’ tal-arja u l-protezzjoni tal-ambjent, u li se jkomplu jheggu zvilupp zejjed. Dan mhux accettabli. AD, min-naha l-ohra, qed tinsisti li l-MEPA imexxuha persuni li huma veru dedikati biex jipprotegu l-ambjent u l-izvilupp sostenibbli. Fil-parlament, ahna se ninsistu biex il-membri tal-bordijiet u ufficjali gholja jghaddu minn skrutinju pubbliku mill-parlament, u hekk jigu ezaminati mill-publiku fuq l-esperjenza u l-kwalifiki taghhom, u mhux fuq l-alleanza lejn xi partit jew iehor. B’referenza ghar-rapprezentanza tas-socjeta civili fil-Bord tal-Awtorita’, in-nominazzjonijiet ghandhom jigu direttament minn dawk li se jigu affettwati bhall-NGOs tal-ambjent.”

Prof. Cassola qal: “L-iskema tal-iskont tas-supermarket ghadha ghaddejja, bil-PN u PL iweghdu kollox lill-kulhadd fil-qasam tal-edukazzjoni, sahha u xoghol. La darba l-Partit Nazzjonalista u dak Laburista qeghdin jipproponu tnaqqis fit-taxxi li huma rigressiv u insostenibbli, u li l-flus mill-UE x’aktarx li se jonqsu, kif jistghu il-PN u l-PL jizguraw li se tizdied in-nefqa pubblika? Dan l-atteggjament irresponsabbli tar-rigali tal-Milied minghand Father Christmas irid jieqaf.”

Prof. Cassola ikkonkluda: “Bhala l-vuci tar-raguni fil-parlament Malti, Alternattiva Demokratika ser taghmel proposti reali, li huma sostenibbli ghall-ekonomija ta’ Malta. Filwaqt li nipproponu investiment qawwi fic-centri tal-kura tat-tfal, energija rinovabbli kif ukoll zieda fil-paga minima, fil-pensjonijiet tal-persuni b’dizabilita’ u salarju u xoghol decenti, ahna qeghdin ukoll inkunu responsabbli u nipproponu taxxi progressivi fejn minn jaqla’ l-aktar ihallas l-aktar u taxxa ta’ wiehed minn elf fuq il-bejgh ta' bonds u shares (Taxxa Ewropea fuq Transazzjonijiet Finanzjarji) biex nizguraw li xoghol decenti u mizuri socjali ahjar ikunu jistghu jigu ffinanzjati b’mod sostenibbli. Din hija it-triq ta’ governanza responsabbli.”

Philip Cachia, kandidat tal-AD ghall-kunsill lokali ta’ Santa Venera, said: "Il-lokal ta’ Santa Venera jixraqlu ahjar. Se niccelebraw ghoxrin sena ta' kunsilli lokali, u l-lokal taghna ghadu minghajr hafna bzonnijiet bazici u essenzjali.  Nibda billi nsemmi il binja innifisha tal kunsill li m’hijiex accessibbli ghal  kulhadd.  Talba wara l-ohra ghad-devoluzzjoni tal-art ta’ biswit il-binja prezenti ma wasslet imkien, art li tant ghandna bzonnha biex inkunu nistghu noffru servizzi  u attivatijiet li wiehed jistenna fl-2013. Lokal fejn ghadna bin-nuqqas ta librerija pubblika, youth centre immexxi mill-kunsill, korsijiet li m’ghadhomx isiru, u attivitajiet bhal sports day u car free days li nqatghu.  L-AD fil-kunsill tiggarantixxi l-vuci tar-resident u lest li niddefendi l-ftit spazji miftuha li ghadna, upgrading ta' dawn is-siti u s-soft areas, u li nsibu postijiet fejn inzidu dawn l-ispazji.  Inwieghed li nkun il-vuci tar-resident u li fejn hemm  progetti  diga mweghda u li huma ta’ gid ghal-lokal u r-resdenti dawn issehhu.  Nahdem biex inzidu l-gharfien fuq l iskemi ta rickiclagg ta skart domestiku u ta’ uzu ta’ energija alternattiva fejn hemm bzonn.   Nahdem biex ikollna pjan ta' moniteragg tal- kwalita tal-arja u livell tal-hoss fit-toroq taghna.    Nishaq fuq aktar sigurta fit-toroq kollha taghna, u toroq u bankini isbah u ta' kwalita tajba. Ma jistax ikun li nistenew xi elezjoni biex forsi jsiru ftit toroq, li tant ghandhom bzonn isiru.  Naraw kif nistghu nibqghu intejbu s servizz tat-trasport pubbliku.  Nishaq ukoll fuq tmexxija serja, serjeta fl-amminstrazzjoni tal-finanzi, u ppjanar fit-tul fi progetti ta' gid ghall-komunita."