Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

MEPA Board should resign

Carmel Cacopardo, Deputy Chairperson and spokesperson on Sustainable Development and Home Affairs of Alternattiva Demokatika, stated that AD has noted the 23 page report released by the Planning and Environment Commisisoner  Mr David Pace on the request of the Environmental NGO Din l-Art Ħelwa and dealing with the redevelopment of Mistra Village at Xemxija.

AD, said Cacopardo, notes that the Planning and Environment Commissioner has concluded that there were failures by the Planning Directorate’s Major Projects Unit and the MEPA Boards which failures justify the revocation of the permits issued in terms of article 77 of the Environment and Development Planning Act of 2010.

The report details the way in which the MEPA Board was mislead through incorrect and or inappropriate reporting as well as  without appropriate justification based on policy for the recommendations made to issue the development permits.

Faced with such a report the Board has no option but to resign forthwith and pave the way for a new Board which would be expected to withdraw the permits issued concluded Carmel Cacopardo.

...

Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika u l-kelliemi taghha ghall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern, qal li AD innotat ir-rapport ta’ 23 paġna rilaxxjat mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar is-Sur David Pace fuq talba tal-NGO Ambjentali Din l-Art Helwa dwar l-iżvilupp mill-gdid tal-Mistra Village fix-Xemxija.

Alternattiva Demokratika, qal Cacopardo, innotat li l-Kummissarju għall Ambjent u l-Ippjanar ikkonkluda li kien hemm nuqqasijiet tal-Major Projects Unit tad-Direttorat tal-Ippjanar u tal-Bordijiet tal-MEPA liema nuqqasijiet jiġġustifikaw ir-revoka tal-permessi skond l-artiklu 77 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-2010.

Ir-rapport jispjega b’mod dettaljat il-mod kif il-Board tal-MEPA kien żgwidat permezz ta’ rappurtaġġ inkorrett u mhux addattat kif ukoll mingħajr ma kien hemm ġustifikazzjoni ibbażata fuq policies għar-rakkomandazzjonijiet biex jinħargu l-permessi ta’ żvilupp.

Iffaċċjat b’dan ir-rapport il-Bord m’għandu l-ebda għazla għajr li jirreżenja immedjatament u jagħmel il-wisa’ għal Bord ġdid li jkun mistenni li jirtira l-permessi maħruga, ikkonkluda Carmel Cacopardo.