Alternattiva Demokratika

The Green Party

Press Releases

Migration: Muscat finally talking politics, says AD

Commenting on the second humanitarian tragedy in a few days in the Mediterranean sea, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: "After witnessing first hand what dead migrants mean, the Prime Minister gets a reality check and, instead of playing the populistic macho, does the right thing and talks politics. 'The time for words is over,' he said. 'There must be changes to the Dublin II rules.' Well done Prime Minister Muscat. But the time for words is over for you too. We Greens have persuaded our Green European family that Dublin must change ages ago. Now follow us, Prime Minister Muscat. Persuade your ten socialist Prime Ministers to unanimously vote to change Dublin II."

AD Spokespeson for Social Policy Robert Callus said: "It's definitely a step forward that there is consensus within the whole political class that saving human lives and respecting human rights is a priority.  Unlike in the tense atmosphere created when Muscat flirted with illegal push backs, today we are in a better situation to deal with our European partners rationally in working towards concrete solidarity, including updating Dublin ll to address the issues faced by the countries at the borders of Europe."

...

F'kumment dwar it-tieni traġedja umana fi ftit jiem fil-Mediterran, ic-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, Prof. Arnold Cassola qal: "Wara li ra mill-qrib u b'mod ċar u dirett xi tfisser il-mewt ta' immigranti, il-Prim Ministru gie f'tiegħu u, minflok qagħad jagħmilha tal-macho b'mod populist, bħal ma għamel s'issa, fl-aħħar qed jitkellem b'mod politiku, kif jixraq. 'M'hemmx lok għal aktar kliem,' qal. 'Jeħtieġ li jinbidlu r-regoli tal-Konvenzjoni ta' Dublin II.'. Prosit, Prim Ministru Muscat. Imma għalik ukoll issa żmien il-kliem spiċċa.  Aħna l-Greens ilna żmien li pperswadejna lill-familja tal-Ħodor Ewropej li Dublin trid tinbiel. Issa agħmel bħalna, Prim Ministru Muscat. Ikkonvinci lill-għaxar Prim Ministri Soċjalisti biex jivvutaw unanimament biex tinbidel Dublin II."

Il-Kelliem ghall-Politika Socjali, Robert Callus, qal: "Huwa żgur pass 'il quddiem li hemm qbil bejn il-partiti politiċi kollha li l-ħajja tan-nies u d-drittijiet tal-bniedem huma priorita.  Minflok l-atmosfera mimlija tensjoni li ħoloq Muscat meta lagħab il-logħba tal-push backs illegali, illum ninsabu f'pożizzjoni ahjar biex ninnegozjaw ma' sħabna Ewropej b'mod razzjonali biex nimxu lejn solidarjeta' konkreta, inkluż it-tibdil fir-regoli ta' Dublin ll biex tindirizza l-problemi li jiffaċċjaw il-pajjiżi li jinsabu mal-fruntieri tal-Ewropa."